Previous slide
Next slide

 

Bini tal-Ħitan tas-sejjieħ li saru mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi b’fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea fiż-żona ta’ Gawhar.



Fl-1419, ir-raħal kien diġà magħruf bħala Ħal Safi. Skont ir-rekords tad-Dejma, fl-1419, bejn tmenin u disgħin persuna kienu meqjusa bħala residenti tar-raħal. Ix-xogħol tal-parti l-kbira tar-residenti kien fil-biedja speċjalment it-trobbija tan-nagħaġ, il-mogħoż u l-agrikoltura.


Meta tistaqsi għaliex ir-raħal kien jismu Safi, ma tistax tingħata risposta eżatta. Storiċi famużi kkonkludew li l-isem kien ġej mill-arja pura (safja) tar-raħal. Oħrajn saħqu li r-raħal kien jismu ‘Safi’ peress li ħadd mir-residenti tiegħu ma kien ikkontaminat meta epidemija infettat il-pajjiż kollu. Kemm l-arma ta’ Ħal Safi (strixxa blu ċar orizzontali fuq sfond tal-fidda) kif ukoll il-motto (Sine Macula) jenfasizzaw l-oriġini ta’ ismu.